Hajja Salesjana
nitgħallmu li forsi hemm ħaddieħor li jistħoqqlu rikkonoxximent iżjed minna. Imbagħad, wara kollox, dan l-imbierek ta’ rikonoxximent x’ ser iżid jew inaqqaslek tassew xi ħaġa? Il-valur tiegħek jiddependi minn dak li jaħsbu fuqek in-nies jew minn kif jittrattawk in-nies? Jiena naħseb inkunu boloh, l-aħwa, jekk ninkeddu wisq fuq kif jaħsbu n-nies dwarna, x’jgħidu fuqna jew x’jaħsbu fuqna. Inti trid tkun konxju tad-dinjità tiegħek u tal-valur tiegħek quddiem Alla, li huwa x-xhud li jagħraf il- qalb. Ikun naqas dak li għamillek xi disprezz jew ikun għoddsok. Dan imma m’għandux inaqqaslek mill-valur tiegħek innifsek għax id-dinjità tiegħek ma tiddependix mill-għajdut tan- nies u minn dak li jgħidu fuq il-medja soċjali dwarek, imma tiddependi minn kif int quddiem Alla. It-tieni lezzjoni li jgħallimna Ġesù hija dik li hemm bżonn nimmaturaw b’tali mod li meta nagħmlu att ta’ karità, ta’ mħabba u ta’ altruwiżmu qatt ma nagħmlu l-kontijiet la fil-qalb tagħna, la f’moħħna, u wisq inqas mal-proxxmu. Jekk kellek il-pjaċir tagħmel att ta’ karità, forsi dak li jkun mhux bilfors ipattihulek. Jekk kultant ipattihulek bil-maqlub, x’se tagħmel? Titlef il-għerf u r-raġuni? ll-Mulej jgħidlek: “Inti stieden mingħajr ma tistenna xejn u dak li jiġi merħba bih” (ara Lq. 14:13). Inqas ma tippretendi l-grazzi u r-rikonoxximent, iżjed jagħtik ferħ għaliex ikollok l-esperjenza ta’ xi ħadd li rċieva rigal mingħajr ma stennieh u ma ppretendih. Mhux tajjeb li nqatta’ ħajti bil-calculator f’idejja u noqgħod nikkalkula li jekk it-talija tatni tant fil-preċett tat-tifla jew fit-tieġ tat-tifel, allura ma ħaqqhiex nagħtiha iżjed. Jien kont niskanta nisma’ diskors u memorja assoluta tar-rigali ta’ kulħadd x’ta lil xi ħadd biex imbagħad tispiċċa tirċievi xi rigal li tkun tajtu inti stess. Dik kienet tkun ukoll sorpriża eċċellenti. Jiġifieri dak li tagħti mbagħad jerġa’ jiġi lura bħal boomerang. Imma dik hija l-kultura antikissima tagħna. Irridu nammettu li dawn kienu joħolqulna, ma nafx jekk għadhomx, imma kump l i kaz z j on i j i e t kbar. Dan il-kejl ta’ bejnietna! Il-Mulej jilliberana minn dan. Dan xi jfisser? Li ma nirrikonoxxux lil xulxin? Ifisser li ma ngħidux grazzi lil xulxin? Le, imma l-Mulej qed jgħallimna t-triq tal-paċi. Kemm hi iebsa t-triq tal- paċi li jgħallimna l-Mulej! Kemm hemm bżonn nitgħallmuha bid-diffiċli. Mhix triq faċli imma t-triq tal-paċi hija dik it-triq tal- libertà, it-triq li tgħid: ‘jiena m’iniex dak li jgħidu fuqi, imma jien li jien quddiem Alla’. Dak hu importanti għax Hu jara l-qalb tal- bniedem. Jiena dak li se nagħmel mhux se nagħmlu għall-grazzi imma għax nemmen li hu sewwa u x-xhud tiegħi huwa Alla u hekk ikollna l-paċi tassew. Photo by Omid Armin - Unsplash.com 26 Jannar-Marzu 2025 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3