Hajja Salesjana
“Id-dinjità tiegħek ma tiddependix fuq x’ jaħsbu dwarek in-nies!” Ħafna drabi smajt lil xi ħbieb jgħiduli: “Aħna l-Katttoliċi meta nidħlu fil-Knisja dejjem nagħżlu l-bankijiet ta’ wara’, dawk li dejjem l-ewwel jimtlew.” Ma nafx għaliex u jekk din il-ħaġa hix ispirata mill-kelma ta’ Ġesù llum li jgħidlek biex meta tkun mistieden tagħżilx il-post ta’ quddiem, iżda agħżel dak ta’ wara ħalli mbagħad min jistiednek jgħidlek biex tersaq ’il quddiem (ara Lq 14:8-10). U min jaf kemm-il darba s-saċerdoti jgħidulna biex nersqu ’l quddiem u ma toqgħodux wara. Ġesù qed jitkellem ma’ nies li ħafna drabi kienu jiltaqgħu biex jiddiskutu suġġetti ta’ għerf kbir. Huwa kien mistieden minn wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej. Il- Fariżej kienu dawk li huma esperti fil-Liġi t’Alla; kienu dawk li jgħallmu lil ħaddieħor kif għandek tgħix il-Liġi ta’ Alla. Meta kienu jiltaqgħu bejniethom l-ikla kienet tkun ukoll diskussjoni ta’ ċertu livell. Ġesù huwa mistieden bħala rabbi, bħala għalliem, biex jagħti l-kontribut tiegħu. Imma l-kontribut tiegħu qisu bħal żunżana li tidħollok fid-dar u trid tiftħilha l-bieb jew it- twieqi biex kemm jista’ jkun toħroġ malajr. Dan għaliex il-kelma tiegħu hija kelma li toqrosna fil-laħam il-ħaj. It-tendenza tagħna l-bnedmin hija li nkunu nixtiequ r-rikonoxximent ta’ min aħna, nixtiequ li dak li jkun jagħraf min aħna. Irridu nammettu li meta jistednuk ma tiddejjaqx li jagħtuk post ta’ ċerta importanza. Il-Mulej qed jgħallimna xi ħaġa iebsa: li kemm jista’ jkun nitnaddfu u nissaffewminn kull tip ta’ pretensjoni. Inti poġġewk f’dak il-post trankwill, seren, il-mument tiegħek jasal ukoll. Min jaf kemm fil-ħajja naħlu enerġija spiritwali, psikoloġika nitbaqbqu u ninkwetaw għax ma stmawniex biżżejjed. Fid-dawl tal-aħħar kelma tal-Mulej: “Ejja, qaddej fidil, idħol fil-hena ta’ sidek”, dak it- tbaqbiq kollu jsir suf. Il-Mulej qed jgħallimna wkoll l-għerf li smajna silta minnu mill-ktieb ta’ Bin Sirak li meta wieħed ikun ġwejjed fix-xogħol tiegħu, jkun aktar minn wieħed milqugħ min-nies; aktar m’għandek iċċekken ruħek u ssib grazzja quddiem il-Mulej (ara Sir 3:17-18). Din hija xi ħaġa li rridu nitgħallmuha għax ma nitweldux nafuha. Nistgħu nieħdu l-eżempju ta’ tarbija, li l-uniku preokkupazzjoni tagħha hu li tibki meta jkollha l-ġuħ u l-uġigħ. Bil-mod il-mod irridu nitgħallmu naħsbu f’ħaddieħor; bil-mod il-mod irridu minn Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta (pridka li ngħatat fit-28 ta’ Awwissu 2022 fil-Kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar) Photo by Stefan Kunze - Unsplash.com 25 Jannar-Marzu 2025 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3