Hajja Salesjana

7 Ritratt ta' Mateus Campos Felipe - Unsplash.com tajjeb lilna wkoll li bħal Ġwanni nikkultivaw il- virtù li nwarrbu fil-ħin propizju, u nkunu xhieda li ħajjitna ddur biss madwar Ġesù. Inwarrbu fil-ġenb, nitgħallmu nsellmu u nitilqu: wettaqt dil-missjoni, kelli din il-laqgħa, issa nwarrab fil-ġenb biex nagħmel wisa’ għall-Mulej. Nitgħallmu nwarrbu fil-ġenb, ma nieħdu xejn qisu hu xi ħlas lura. Naħsbu ftit kemm hu importanti dan għas-saċerdot li hu msejjaħ biex jipprietka u jiċċelebra mhux bil-protagoniżmu jew għall-interess, imma biex jakkumpanja lill-oħrajn lejn Ġesù. Naħsbu kemm hu importanti dan għall-ġenituri, li jrabbu lil uliedhom b’tant sagrifiċċji, imma mbagħad iħalluhom ħielsa biex jaqbdu triqthom fix- xogħol, fiż-żwieġ, fil-ħajja. Hu sabiħ u ġust li l-ġenituri jibqgħu jkunu preżenti u lil uliedhom jgħidulhom: “Mhux se nħallik waħdek”, imma bid-diskrezzjoni, mingħajr indħil. Il-libertà li wieħed jikber. U dan jgħodd ukoll f’ambjenti oħra bħalma hi l-ħbiberija, il-ħajja tal-koppja, il-ħajja komunitarja. Li ninħelsu mill-irbit magħna nfusna u nagħrfu kif nibqgħu fil- ġenb fiha prezz, iżda hi importanti ħafna: hu l-pass deċisiv biex nikbru fi spirtu ta’ servizz, mingħajr ma nistennew ħlas lura. Ħuti nippruvaw insaqsu lilna nfusna: għandna ħila nagħmlu l-wisgħa għall- oħrajn? Nisimgħuhom, inħalluhom ħielsa, ma norbtuhomx magħna u nippretendu rikonoxximent? U nħalluhom jitkellmu xi kultant. Ma ngħidulhomx: “int ma taf xejn!” Inħalluhom jitkellmu, nagħmlu l-wisgħa għall- oħrajn. Aħna niġbdu lill-oħrajn lejn Ġesù jew lejna nfusna? U aktar, fuq l-eżempju ta’ Ġwanni: nafu nifirħu għall-fatt li dak li jkun qabad triqtu u mexa skont is-sejħa li kellu, anki jekk dan ifisser li dak li jkun jitbiegħed xi ftit minna? Nifirħu li laħqu l-għanijiet tagħhom, bis-sinċerità, mingħajr għira? Dan hu l-mod kif lill-oħrajn inħalluhom jikbru. Marija, il-qaddejja tal-Mulej, tgħinna nkunu ħielsa mill-irbit, biex inċedu postna għall-Mulej u nħallu l-wisa’ għall-oħrajn. Ritratt ta' Aamir Suhail - Unsplash.com Lulju-Settembru 2024 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3