Hajja Salesjana
Aħna niġbdu n-nies lejn Ġesú jew lejna nfusna? (Il-Papa Franġisku fl-Anġelus) minn laikos.org Din id-dikjarazzjoni, din it-testimonjanza, tikxef l-ispirtu ta’ servizz ta’ Ġwanni. Hu kien mistieden iħejji t-triq għall-Messija u għamel dan bis-saħħa tiegħu kollha. Umanament nistgħu nirraġunaw li għandu dritt għal xi “premju”, post ta’ importanza fil-ħajja pubblika ta’ Ġesù. Imma le. Wara li qeda l-missjoni tiegħu, Ġwanni jagħraf iwarrab, jgħib mix- xena biex jagħmel wisgħa għal Ġesù. Ra l-Ispirtu jinżel fuqu (cfr vv. 33-34), urieh bħala l-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja u issa, min-naħa tiegħu jibda jisma’ bl-umiltà. Minn profeta jsir dixxiplu. Kien ipprietka lill-poplu, ġabar id-dixxipli u tagħhom formazzjoni għal ħafna żmien. Madankollu ma jorbot lil ħadd miegħu. Din hi ħaġa diffiċli imma hi s-sinjal tal-edukatur veru: ma jorbotx lill-persuna miegħu. Hekk jagħmel Ġwanni: lid-dixxipli tiegħu iqegħedhom fuq il-passi ta’ Ġesù. M’għandux interess li jkollu l-grupp tiegħu, li jikseb il-prestiġju u s-suċċess, imma li jagħti xhieda imbagħad imidd pass lura, ħalli l-ħafna jkollhom il-ferħ li jiltaqgħu ma’ Ġesù. Nistgħu ngħidu: fetaħ il-bieb u telaq. B’dan l-ispirtu ta’ servizz, b’din il-ħila li jagħmel wisgħa għal Ġesù, Ġwanni l-Battista jgħallimna ħaġa importanti: il-ħelsien mir- rabtiet. Iva, għax ħaġa ħafifa nintrabtu ma’ xi rwol jew pożizzjoni, mal-ħtieġa li nkunu stmati, magħrufin u ppremjati. U dan, minkejja li hu naturali, mhux ħaġa tajba għax is-servizz minnu nnifsu hu gratwità, li wieħed jieħu ħsieb l-ieħor bla ma jkollu xi vantaġġ personali, mingħajr ebda għan ulterjuri, mingħajr ma jistenna xi ħaġa lura. Jagħmlilna Is-silta tal-Evanġelju ta’ Ġw. 1, 29-34 tagħtina x-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista dwar Ġesù, wara li kien għammdu fix-xmara Ġordan. Jgħid hekk: “Dan hu li għalih għidtilkom: warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.” (vv. 29-30) 6 Lulju-Settembru 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3