Hajja Salesjana

Photo by Matthew Hamilton - Unsplash.com li jerfa’ salib ħaddieħor bla ma jara t-travu li hemm f’ għajnejh, min joffendi ‘l Alla u ‘l Ommu bid-dagħa, min ma jkunx leali lejn il-voti reliġjuzi tiegħu jew lejn min iżżewweġ dejjem u kullimkien speċjalment fuq il-postijiet tax- xogħol u waqt li jinsab fuq il-kompjuter, min ma jqerrx u ma jitqarbinx ta’ spiss, min iħalli l-flus u l-pjaċiri tad-dinja jagħmuh akkost li jabbanduna r-responsabbiltajiet tiegħu mitluba mill-istat ta’ ħajtu... ħeqq ċertament dan ħajtu ma tfewwaħx għax mhux qed igħammar fl-Imħabba, mhux qed igħammar f’ Alla bħal Marija, u għalqdaqstant ħajtu mhux tfewwaħ imma tinten bir-riħa ta’l-għadu, li Marija Ommna saħqitlu rasu b’ għarqubHa (Gen. 3, 15). Jekk irridu nħobbu, ejjew nitgħallmu minn Ġesu’ u minn Ommu u Ommna Marija, il-Warda Mistika. Ejjew ma nagħtux kas u widen ta’ dak li naraw u nisimgħu fil-films u fit-telenovelas għax bosta drabi dawn eżempji u drawwiet ħżiena biss jiżirgħu f’ moħħna u f’ qalbna. Dawn rari ħafna juru x’ jiġifieri l-veru mħabba. Kif tafu intom ukoll, imħabba ta’ veru skont qalb Alla, wieħed irid jibża’ għaliha, jirsisti għaliha, jixprunaha u jieħu ħsiebha. Niftakru kliem San Pawl Missierna meta fl-Ewwel ittra lill- Korintin jgħidilna li: “... L-imħabba taf tistabar u tħenn; l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx biha nnifisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn; ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla; ma żżommx f’ qalbha għad-deni, ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verita’; kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti. L-imħabba veru ma tintemm qatt... Issa hawn fidi, tama u mħabba, it-tlieta jibqgħu. Il-kbira fosthom l-imħabba.” (1 Kor. 13: 7–11.13) Neżaminaw lilna nfusna permezz ta’ din is-silta li tqanqalna u tisfidana tassew. Silta li tibqa’ tidwi sa’ l-aħħar żminijiet. Ejjew inħallu din is-silta, l-innu ta’ l-imħabba skont qalb Alla u Ommu, tkun l-eżami tal-kuxjenza tagħna sabiex permezz tagħha naraw aħniex infewwħu bl-imħabba ġenwina u prattika jew nintnu bil- ħażen u l-medjokrita’ ta’ ġo fina. Ejjew bħalma tgħallimna Marija meta wara tlett ijiem ta’ qtiegħ-il qalb, flimkien ma’ żewġha Ġużeppi, sabet lil BinHa Ġesu’ fit-tempju nitgħallmu bħalHa nixtarru dan il-kliem u bħalHa nżommu kollox f’ qalbna (Lq. 2: 51) ħalli dan il-kliem jinżel f’ qalbna u jħalli l-frott u l-fwieħa mixtieqa fil- ħajja tagħna ta’ kuljum. Jalla bħalma nitgħaxxqu nxommu l-fwieħa tfuħ ta’ xi ħadd li tibqa’ anke meta hu / hi jkunu telqu, ħaddieħor jitgħaxxaq ixomm il-fwieħa ta’ l-imħabba kull fejn aħna nkunu. Hekk bħal Ommna, il-Warda Mistika, aħna nkunu blanzuni ċkejkna li jfewwħu l-ambjenti fejn inkunu. Nagħlaq b’ talba sabiħa li kienet tħobb titlob Mother Theresa: Għażiż Ġesu’, għinna nxerrdu l-fwieħa tiegħek kull fejn immorru. Imla lil ruħna bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġo fina u ħu pussess hekk sħiħ tagħna nfusna li b’ ħajjitna nirradjaw Lilek. Dawwal lil madwar permezz tagħna, u kun tant fina, li kull ruħ li aħna niltaqgħu magħha tħoss il-preżenza tiegħek f’ ruħna. Ħallihom iħarsu u jaraw mhux iktar lilna, imma lilek biss Mulej Ġesu’! Ibqa’ magħna u mbagħad nistgħu nkunu dawl bħalma Inti dawl, b’ tali mod li hekk inkunu dawl għal oħrajn. Id-dawl Mulej ikun kollu minnek; xejn ma jkun minna. Tkun Int li tixgħel ġo fina fuq l-oħrajn. Għinna nfaħħruk bil-mod kif l-aktar tħobb, billi nkunu dawl għal ta’ madwarna. Għinna nippridkawk mhux bil-kliem imma bl-eżempju tagħna li jkaxkar bil-fatti ta’ għemilna, it-turija ċara ta’ l-imħabba kbira li qalbna għandha għalik. Amen! Photo by Tiffany Nguyen - Unsplash.com 31 Lulju-Settembru 2024 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3