Hajja Salesjana
Testment li jirreferu għall- ward, fosthom dik minn Bin Sirak 39, 13 u li tgħid hekk, “... tarmu ż-żahar bħall-ward li jikber qrib nixxiegħa ilma u tarmu riħa tfuħ...” jistgħu jiġu applikati sabiex jeżaltaw is-safa tfewwaħ tal-Madonna li għalkemm baqgħet verġni, kellha rwol ċentrali fl-inkarnazzjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu u saret Omm ta’ Min kien ħalaq lilHa stess. Fil-ktieb ta’ l-Għerf 2, 8 insibu din is-silta li tgħidilna, “Inqiegħdu fuq rasna kuruni tal-blanzuni” X’ inhuma dawn il-blanzuni u kif int u jien nistgħu ninterpretaw għall-ħajjitna dan it- titlu sabiħ lill-Madonna? Ħajjitna bħal ħajjet Ommna Marija wkoll tista’ tfewwaħ bħal tagħHa, anka qalb id- diffikultajiet, it-tbatijiet u x-xewk, li lkoll għandna. Ħajjitna tista’ wkoll tarmi l-blanzuni. Ħajjitna tista’ wkoll tgħaxxaq lil ħaddieħor mingħajr ma noqgħodu niddandnu u nitkabbru... Kif?... Naħseb li xi wħud minnkom jafu li hemm fwieħa jisimha CK u din tiswa kemxa flus mhux ħażin allavolja r-riħa li tarmi hi tassew sabiħa. Imma hemm fwieħa oħra li tixbaħha ferm fl-isem iżda li tiswa ferm iktar minnha. Fwieħa li aħna lilha rridu nilbsu u nagħmlu sabiex hekk nidhru u ningħarfu b’ ulied Marija, għax Hi wkoll kienet tużaha! Din il-fwieħa jisimha ĠK... Ġesu’ Kristu li hu l-imħabba divina nkarnata. Fil-prattika kif nistgħu nfewwħu bil-ĠK? Billi nimxu maż-żewġ kmandamenti kbar ta’ l-imħabba li għallimna bihom Ġesu’ i.e. li nħobbu lil Alla b’ qalbna kollha, b’ ruħna kollha u b’ moħħna kollu u li nħobbu lill-proxxmu tagħna bħalna nfusna. Dawn huma żewġ kmandamenti li ma tantx għadhom moda llum għax jinvolvu ħafna sagrifiċċju imma huma żewġ kmandamenti li moda jew le, xorta jibqgħu jiswew u jekk trid tgħix ħajja bis-sens, int min int, hu x’ inhu l-istat u l-irwol tiegħek fil-ħajja, għandek kemm għandek zmien, trid timxi magħhom biex tgħix ħajja ta’ veru u bis-sens. Huwa biss meta nibdew nħobbu b’ dan il- mod u fil-veru sens tal-kelma, li ħajjitna tibda tarmi l-fwieħa ħelwa ta’ Kristu għax Ġesu’ Kristu hu mħabba u huwa mill-imħabba ta’ bejnietna li aħna ningħarfu b’ tiegħu u mhux minn ħafna diksors fieragħ. Niftakru x’ igħidilna San Ġwann, li sema’ t-taħbita ta’ mħabba dejjiema ta’ qalb Ġesu’ meta medd rasu fuq sidru fl-aħħar ċena: “...Għeżież ejjew inħobbu lil xulxin għax l-imħabba ġejja minn Alla u kull min iħobb hu mwieled minn Alla u jagħraf lil Alla. Dak li ma jħobbx ma għarafx lil Alla, għax Alla hu mħabba... Għeżież, jekk Alla ħabbna daqshekk, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin. Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma jekk inħobbu lil xulxin hu jgħammar fina, u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina... Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’ Alla u Alla fih...” (1 Ġw, 5: 7-12.16b) Mela hu għal din ir-raġuni li l-Madonna hi l-Warda Mistika għax bħalma l-warda tfewwaħ bil-fwieħa, ħajjitha fewwħet b’ Alla ħaj fiHa u li mbagħad Hi kienet turiH fl- imħabba tagħha lejn il-proxmu fil-bżonn li kienet tiltaqgħa miegħu. Min minna jgħid li hu ta’ Ġesu’ mbagħad ma jħobbx kif għallimna Hu u kif wrietna Ommu u minflokk joqgħod iżomm f’ qalbu u ma jaħfirx, min hu supperv u mkabbar u jara n-nies dubbien, min jivvendika ruħu, min jgħir għal ħaddieħor, min jaqla’ minn żnidu u ħallih ixerred il-gideb fuq in-nies, min l-għaxqa tiegħu 30 Lulju-Settembru 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3