Hajja Salesjana
ta’ trombi kull fejn tmur permezz tal-virtujiet kbar tagħha bħala t- Theotokos i.e. l-Omm t’ Alla. Iżda ta’ min ngħidu li bħalma kull warda għandha x-xewk magħha, Marija wkoll batiet ħafna u fis- skiet matul ħajjitha hawn fl-art. Iżda tul it-tlajja u l-inżul ta’ ħajjitha, Hi dejjem baqgħet fidila għal BinHa Alla. Fuq kollox BinHa stess igħidilna li hu min jagħmel ir-rieda ta’ Missieru li jidħol f’ saltnatu. Ċertament Marija dan wettqitu bl- akbar fedelta’ billi ħabbet kif għallem BinHa Alla u għaldaqstnat, bħall-warda tfewwaħ, fewwħet b’ qima lil Alla b’ ħajjitha kollha. Ta’ min ngħidu wkoll li fl-antik, fost l-ewlenin insara, il-warda kienet ukoll tissimbolizza sew il-martirju skont San Ċiprijan u sew il-hena tal- Ġenna skont ma naraw fil-katakombi kbar u suġġestivi ta’ San Kallistu ġewwa Ruma. Barra minn hekk, skont xi kittieba nsara u anke skont it-tradizzjoni nisranija, diversi siltiet mill-Antik Fit-13 ta’ Lulju 1947, il-Madonna dehret bosta drabi lill-infermiera Pierina Gili waqt li kienet qed titlob fil-kappella tal-isptar f’ Montichiari. Hi qaltilha, “Jiena Omm Ġesu’ u l-Omm tagħkom ilkoll” u talbet sabiex kull 13 tax-xahar, ikun ċċelebrat bħala jum Marjan. MibgħutHa minn BinHa Alla u meqjuma taħt it-titlu Warda Mistika, il-Verġni Marija tat qawwa mirakoluza lill-għajn tal-ilma fil-grotta ta’ Fontanelle. Id-dehriet Marjani ta’ Fontanelle di Montichiari taw ħafna benefiċċju spiritwali u anke fiziċi. Fil-5 ta’ Lulju 2024, id-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi ħabbret li tat l-approvazzjoni għad-dehriet tal-Madonna lil Pierina Gili li seħħew f’ Montichiari. Fost it-titli sbieħ li matul is-sekli l-poplu ta’ Alla taha lill Madonna hemm it-titlu Warda Mistika . Żgur li taqblu miegħi li fost il-mijiet u eluf ta’ fjuri sbieħ li l-Mulej ħalaq, ċertament waħda fost l-isbaħ hija l-warda / rose , sew għar-riħa tfuħ tagħha li tgħaxxqek u sew għall-ilwien sbieħ li jkollha. Kemm-il darba ssib li biex xi ħadd juri mħabbtu lejn xi persuna għażiża, dak li jkun jagħti warda jew saħansitra bukkett ward għax kif qed ngħidu, il-warda hi meqjusa bħala fjura mill-isbaħ. Issibha wkoll bosta drabi bħala l-fjura li tispikka fil-bukkett ta’ l-għarusa hi u tiela’ biex tiżżewweġ. Pero’ nistħajjilkom tgħiduli, ‘Imma Father dan it-titlu kif jorbot ma’ Marija?’ Simbolikament, dan it-titlu jrid ifisser il-fwieħa tal-qdusija ta’ Marija li hi kienet xxerred mingħajr ħafna daqq Marija Warda Mistika minn Fr. Sandro Camilleri sdb 29 Lulju-Settembru 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3