Hajja Salesjana

Photo by Quang Nguyen Vinh - Pexels.com Ġesù. Dan hu s-sens tas-sinjal: il-qawwiet tal-ħażen, li jbeżżgħuna u li m’għandniex ħila nikkontrollawhom, ma’ Ġesù mill- ewwel inġarrfuhom. Meta jimxi fuq l-ilma irid jgħidilna: “Tibżgħux, jien nitfa’ taħt riġlejja l-għedewwa tiegħek” – messaġġġ sabiħ: “jien nitfa’ l-għedewwa tiegħek taħt riġlejja” – mhux lill-persuni! Mhux dawk l-għedewwa, iżda l-mewt, id-dnub, ix-xitan: dawn huma l-għedewwa tal-bnedmin, l-għedewwa tagħna. U lil dawn l-għedewwa Ġesù jisħaqhom taħt riġlejh għalina. Illum Kristu jtenni lil kull wieħed u waħda minna: “Agħmel il-qalb, jien hawn, tibżax!” . Jiġiferi, kuraġġ għax hawn jien, m’għadekx waħdek fl-ilmijiet imqallba tal-ħajja. U alura x’nagħmlu meta nsibu ruħna f’baħar miftuħ nitħabtu mar-riħ kontrina? X’nagħmlu fil- biża’ li hu baħar miftuħ, meta nkunu naraw biss id-dlam u nħossuna mitlufin? Għandna nagħmlu żewġ affarijiet, dak li jagħmlu d-dixxipli fl-Evanġelju. X’jagħmlu d-dixxipli? Jinvokaw (isejħu) u jilqgħu lil Ġesù. Fil- waqtiet l-aktar koroħ, l-aktar mudlama, ta’ tempesta, insejħu lil Ġesù u nilqgħuh. Id-dixxipli jsejħu lil Ġesù. Għal ftit Pietru jimxi fuq l-ilma lejn Ġesù, iżda mbagħad jibda jibża’, jegħreq u għalhekk jgħajjat: “Mulej, salvani!” (v. 30). Jinvoka lil Ġesù, isejjaħlu. U din hi talba sabiħa li permezz tagħha nuru li aħna ċerti li l-Mulej jista’jsalvana, li Hu jegħleb il-ħażen tagħna u l-biżgħat tagħna. Nistedinkom ittennuha issa lkoll flimken: Mulej, salvani! Flimkien, tlett darbiet: Mulej salvani, Mulej salvani, Mulej salvani! Imbagħad id-dixxipli jilqgħu . L-ewwel isejħu, imbagħad jilqgħu lil Ġesù fid- dagħjsa. It-test jgħid li malli tela’ fuq id- dagħjsa “r-riħ waqaf” (v. 32). Il-Mulej jaf li d-dagħjsa tal-ħajja, l-itess bħad-dagħjsa tal-Knisja, mhedda mill-irjieħ kontra u li l-baħar li qed inbaħħru fih spiss ikun imqalleb. Hu ma jeħlisniex mit-tbatija tat- tbaħħir, anzi – l-Evanġleju jisħaq – jixpruna lil tiegħu biex jitilqu: jistedinna, cioè, biex naffrontaw id-diffikultajiet, sabiex dawn ukoll isiru mkejjen ta’ salvazzjoni , sabiex Ġesù jegħlibhom u jsiru okkażjonijiet fejn niltaqgħu miegħu. Infatti, fl-aktar waqtiet mudlama tagħna Hu jiġi jiltaqa’magħna, jitlobna nilqgħuh, bħal dakinhar fl-għadira. Nistaqsu lilna nfusna għalhekk: fil- biżgħat, fid-diffikultajiet, kif inġib ruħi? Nitlaq għal rasi, bil-forzi tiegħi waħdi, jew insejjaħ lill-Mulej bil-fiduċja? U kif inhi sejra l-fidi tiegħi? Nemmen li Kristu hu qawwi aktar mill-mewġ jew mir-riħ kontra? Iżda fuq kollox, inbaħħar flimkien miegħu? Nilqgħu, nagħmillu wisa’ fid-dagħjsa ta’ ħajti – qatt waħdi, dejjem ma’ Ġesù -, inħallilu t-tmun f’idejh? Marija. Omm Ġesù, Kewkba tal-baħar, tgħinna biex fil-vjaġġi mudlama tagħna nfittxu d-dawl ta’ Ġesù. 31 Jannar-Marzu 2024 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3