Hajja Salesjana
Sejjaħ u ilqa’ lill-Mulej fit-tempesti tal-ħajja minn Papa Franġisku (Angelus 14.08.23) F’silta mill-Vanġelu ta’ San Mattew, naraw miraklu partikolari ta’ Ġesù: Billejl, Hu jimxi fuq l-ilma tal-għadira tal-Galilija biex jiltaqa’ mad-dixxipli li qed jaqsmu min-naħa għall-oħra bid-dagħjsa (cfr (Mt 14, 22-33). Insaqsu: għaliex għamel hekk Ġesù? Biex jagħmel spettaklu? Le! Allura għaliex? Forsi minħabba xi ħtieġa urġenti u imprevedibbli, biex jgħin lil tiegħu li jinsabu mwaħħlin minħabba r-riħ kontra? Le, iżda għaliex kien Hu li fassal kollox, li qalilhom biex jitilqu billejl u saħansitra – jgħidilna t-test – “ġagħalhom” (cfr v. 22). Forsi biex juri kemm hu kbir u setgħan? Imma dan mhux l-istil tiegħu, stil tant sempliċi. Allura għaliex għamel hekk? Għaliex ried jimxi fuq l-ilma? Fl-isfond tal-mixja fuq l-ilma hemm messaġġ moħbi, messaġġ li hu għalina li nifhmuh. Infatti, dak iż-żmien, il-firxiet kbar tal-ilma kienu jqisuhom postijiet fejn hemm il-forzi malinji li l-bniedem ma jistax jikkontrollahom; speċjalment jekk imqallbin minħabba t-tempesta, l-abbissi kienu simbolu tal-kaos u kienu jfakkru fid- dlamijiet tal-infern. Issa d-dixxipli jinsabu f’nofs l-għadira, fid-dlam: maħkumin mill- biża’ li se jgħerqu, li l-ħażen se jiblagħhom. U hawn jasal Ġesù miexi fuq l-ilma, jiġifieri fuq il-qawwa tal-ħażen, Hu jimxi fuq il- qawwiet tal-ħażen u lil tiegħu jgħidilhom: “Agħmlu l-qalb, jien hu, tibżgħux!” (v. 27). Dan hu messaġġ importanti li qed itina 30 Jannar-Marzu 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3