Hajja Salesjana
dmugħ ta’ qsim il-qalb; imma kull dmugħ, bħall-ilma u d-demm li ħareġ mill-kustat ta’ binha, li jsaffina minn kull rabja, minn kull mibegħda. U jiddedikana għal dik il-ħlewwa li hi s-sinjal tad-dixxiplu tal-Mulej Ġesù. Ħdejn is-salib ta’ binha, l-omm hi eżempju sabiħ ta’ kompassjoni, ta’ mogħdrija. Il-kelma kompassjoni, ġejja mill-fatt li tgħaddi mill-passjoni ma’ xi ħadd. Hekk nagħmlu meta nagħdru lil xulxin. Aħna nidħlu fiż-żarbun ta’ dak li jkun, nifhmu minn xiex għaddej u b’dak il-ħsieb u b’dak l-għarfien, nifhmu li nagħdru lil xulxin. Min jaf jien, kieku x’kont nagħmel? Min jaf jien kif kont nirreaġixxi? Iżjed ma tifhem, iżjed tagħder; iżjed ma tifhem, iżjed tapprezza, u jkollok ukoll il-qawwa tbati ma’ min qed ibati, bħalma tifraħ ma’ min qed jifraħ. Il-Papa Franġisku fiż-żjara tiegħu fostna, għallimna mhux bil-kliem biss, imma bil-ġesti u bl-eżempji tiegħu, kemm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, kif ukoll fil-Bażilika Minuri ta’ San Pawl, ir-Rabat, iltaqa’ kemm mar-rappreżentanza tad-dgħufija, tal-mard, tal-vulnerabbiltà, tat-tbatija tal-poplu tagħna. Il-barka tal- Papa, li tlabtu kif niżel minn fuq l-ajruplan, nitolbu li ġġib ħafna u ħafna fejqan. Xtaq isellem lil dan is-santwarju antik, l-eqdem wieħed fil-gżejjer tagħna. Talba li kiteb u ffirma għal dan is-santwarju, tkun ukoll talba li tinxtered fil-familji tagħna. L-aħħar titlu li l-Papa jsellem lill- Madonna, u li tant joqgħod fil-festa tad- Duluri, hi ‘Sidtna Marija tal-viċinanza’. Xi tfisser? Li tkun viċin dak li jkun, bħalma kienet hi qrib is-salib ta’ binha. Id-dixxipli, ħlief wieħed, ħarbu, tbiegħdu. Jekk ħarsu lejn is-salib, ħarsu mill-bogħod, mimlijin bil-biża’. Imma l-omm, ma abbandunatx lil binha. Fil-mument tal-ikbar mistħija, tal- ikbar għajb, tal-ikbar umiljazzjoni, kienet hemmhekk, ħdejn binha. Tisma’ t-tgħajjir, iz-zekzik, il-ħars skandalizzat ta’ min jaħseb li jifhem u jaf kollox. Semgħet il-kliem għeżież ta’ binha, jaħfer, iwiegħed il-ġenna lill-ħalliel it-tajjeb, jintelaq f’idejn Missieru Alla l-Imbierek, u jafdaha lid-dixxiplu l-maħbub. Aħna llum inqimuha tħaddan il-ġisem mejjet ta’ binha, tarah jindifen. X’hemm fil- qalb ta’ Marija? Misteru kbir ta’ dulur, imma wkoll ta’ fidi kbira; li fid-dlam tittama fil-jum tad-dawl. Id-dmugħ tagħha, li llum iġelben frott id-dieqa, jinbidel fi dmugħ ta’ ferħ, nhar Ħadd il-Għid. Din hi l-fidi tagħna. Painting: Pieta by William Adolphe Bougureau 29 Jannar-Marzu 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3