Hajja Salesjana
F’dan il-jum għażiż għalina, għad-devozzjoni popolari tal-Maltin u l-Għawdxin, ejjew nifhmu dak li xtaq Ġesù, imsallab fuq is- salib aħrax, li ħejjejnielu. Meta ra lil ommu u ddeċieda li jafdaha, mhux lil oħtha li kienet hemm. L-Evanġelju stess jgħid li m’ommu kien hemm: “oħt ommu” (Ġw 19:25). Kien hemm xi ħadd mill-familja. Imma hu ddeċieda li jafda lil ommu lid-dixxiplu l-maħbub. “Mara, hawn hu ibnek’…. ‘Hawn hi ommok’. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:26-27). Il-Madonna, omm Ġesù, saret mhux biss parti mill-ħajja ta’ Ġwanni, id-dixxiplu l-maħbub; imma hu wkoll kellu d-dover li jieħu ħsiebha, iħobbha bħalma ħabbha binha. Imma ħadha għandu wkoll billi addotta l-ħsibijiet u s-sentimenti tagħha kollha. Dan il-jum tad-Duluri, ispirati wkoll mit- talba sabiħa li l-Papa Franġisku kiteb għal dan is-santwarju, u li llum għandi l-pjaċir nippreżenta fit-tmiem din il-quddiesa lill- Arċipriet, lil Fr Joe [Carauna]. Il-Papa jsejjaħ lill-Madonna b’dawn it-titli sbieħ: ‘Omm it- tenerezza’, omm ta’ kull ħlewwa; ‘Omm il- kompassjoni’, omm ta’ kull mogħdrija; ‘Omm il-viċinanza’, omm li dejjem qrib tagħna. Il-Papa Franġisku fiż-żjara tiegħu fostna, għallimna mhux bil-kliem biss, imma bil-ġesti u bl-eżempji tiegħu … iltaqa’ kemm mar-rappreżentanza tad-dgħufija, tal-mard, tal-vulnerabbiltà, tat-tbatija tal- poplu tagħna. Nistgħu ngħidu, li f’dan il-jum tad-Duluri, aħna niċċelebraw u nikkommemoraw, nifhmu u napprezzaw, l-ewwel nett it- tenerezza tal-Madonna. Ma nimmaniġahiex li għajret lil xi ħadd, ħdejn is-salib ta’ binha, jew li kellha sentimenti ta’ mibegħda jew ta’ rabja. Id-dmugħ iġelben ma’ ħaddejha kien Id-Duluri ta' Marija Santissima Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna mogħtija fl-2022 Top Painting: Our Lady of Sorrows by Carlo Dossi 28 Jannar-Marzu 2024 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3