Hajja Salesjana

SOLUZZJONI? “Diffiċli ħafna napplikaw il‑liġi fuq it‑tħaddim tat‑tfal mingħajr ma nixħtu l‑familji f’iktar faqar. Għalhekk ħloqna dan il‑mudell, għax il‑familji tal‑kawkaw kienu jkunu iktar lesti jnaqqsu dawn il‑prattiċi kieku dan ma kienx iġib piż finanzjarju ikbar fuqhom. Barra minn hekk, il‑konsumaturi jridu prodotti li jinkisbu etikament, inkluż il‑kawkaw”, ifisser wieħed mill‑awturi tal‑istudji. “Tradizzjonalment, is‑sistema kkonċentrat l‑isforzi tagħha fuq it‑tweġiba (jiġifieri, li t‑tfal jiġu mbiegħda mix‑xogħol minorili), imma l‑evidenza turi li hu essenzjali approċċ iżjed ħolistiku u preventiv li jinkludi l‑emanċipazzjoni ekonomika u l‑iżvilupp, it‑tagħlim u l‑protezzjoni tad‑drittijiet tat‑tfal”. Il‑gvern tal‑Ghana nieda pjan biex inaqqas dawn iċ‑ċifri: “Hemm bżonn naffrontaw is‑sitwazzjonijiet ta’ faqar li jwasslu l‑familji biex jiddependu fuq id‑dħul li jistgħu jfornulhom it‑tfal,u jibdlu l‑perċezzjonijiet soċjali li jivvalorizzaw id‑dinja tat‑tħaddim tat‑tfal bħala normali, aċċettabbli jew saħansitra neċessarja”, tisħaq Blanca Carazo, responsabbli mill‑Progammi tal‑Kumitat Spanjol tal‑Unicef. Imma dawk li jipproduċu ċ‑ċikkulata jridu l‑materja prima bi prezzijiet dejjem ibxex. Hemm studju li juri fatt interessanti: “Jekk jirnexxilu jnaqqas jew jelimina l‑agħar prattiċi ta’ tħaddim tat‑tfal, il‑Ghana Cocoa Marketing Board jista’ jimmarka l‑prodott tiegħu b’tikketta child labour free, li tiddistingwi l‑kawkaw tiegħu minn pajjiżi oħra u ttejjeb il‑kummerċjalizzazzjoni tiegħu. Jekk mhux għall‑etika, għall‑inqas għall‑kummerċ”. Skont din, is‑60% tat‑tfal kollha li jaħdmu, ta’ età bejn il‑5 snin u s‑17‑il sena, jitħaddmu fil‑qasam tal‑biedja. Dan ifisser iżjed minn 98 miljun tifel u tifla fid‑dinja. KEMM JIŻDIED IL‑PREZZ TAĊ‑ĊIKKULATA TAGĦNA KIEKU MA KIENX HEMM IT‑TĦADDIM TAT‑TFAL? Liema prezz suppost iħallsu l‑konsumaturi biex nistgħu nneħħu t‑tħaddim tat‑tfal mill‑katina tal‑produzzjoni taċ‑ċikkulata daqshekk bnina? Żewġ ekonomisti Amerikani, Jeff Luckstead u Lawton L. Nalley, ipproġettaw mudell ekonomiku biex jikkalkulaw x’kien ikun l‑impatt fuq il‑prezzijiet kieku dan il‑kummerċ kellu jsir b’mod aktar ekwu. Għandu jogħla b’2.8% jekk jiġu eliminati l‑forom l‑aktar “estremi” tat‑tħaddim tat‑tfal (dawk li jinkludu xogħol perikoluż jew li jinvolvu iktar minn 42 siegħa fil‑ġimgħa); jogħla bi 12% jekk jiġu eliminati dawk “normali” (bejn l‑14 u t‑42 siegħa fil‑ġimgħa); waqt li jekk inneħħu għalkollox il‑minuri mill‑produzzjoni tal‑kawkaw, jogħla b’47% (xogħol ta’ inqas minn 14‑il siegħa fil‑ġimgħa). It‑tfal “huma merċa bi prezz tajjeb, ubbidjenti u jġibu profitt kbir; għal ħafna familji, din hi l‑unika alternattiva għall‑mewt”, jgħid David del Campo, direttur tal‑Koperazzjoni Internazzjonali Save the Children. Skont l‑UNESCO, it‑30% tat‑tfal tal‑Ghana jkollhom jitilqu mill‑iskola primarja, il‑15% qatt ma rifsu fi skola. Ir-ritratti kollha f'dan l-artiklu minn Unsplash.com 34 Ottubru-Diċembru 2023 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3