Hajja Salesjana

il‑mineral it‑tfal Indjani jiġbruh mill‑minjieri li fihom idumu 12‑il siegħa kuljum, għal 4 dollari. 6. LAQTA DEHEB Anki jekk id‑deheb li għandek mal‑ġojjelli tiegħek tgħidx kemm ileqq, dan ma jaħbix ir‑realtà li stqarret il‑Human Rights Watch, fejn tinnota kif fit‑Tanzanija tfal ta’ 8 snin jitħaddmu f’minjieri żgħar tad‑deheb, b’riskju għas‑saħħa tagħhom u saħansitra għal ħajjithom. 7. FROTT U ĦAXIX GĦALL‑IKEL Kemm hi ħaġa sabiħa li ta’ kuljum insibu l‑frott u l‑ħaxix fis‑suq. Madankollu, din hi biss parti mir‑realtà, li tkun sħiħa bit‑tagħrif li tagħtina l‑Organizzazzjoni Internazzjonali tax‑Xogħol. 4. AGĦŻEL IL‑ĦWEJJEĠ SKONT IL‑MODA Id‑darba li jmiss meta tmur tixtri, tista’ tqis aktar il‑lewn tal‑qmis li ħa tieħu miegħek id‑dar. Ftakar li Human Rights Watch iddokumenta każi ta’ tfal taħt il‑15‑il sena li jitħaddmu f’fabbriki tat‑tessuti u li jiġu moħbija meta jaslu l‑“viżitaturi”. Lun Lea hu wieħed minnhom: “Qaluli nistaħba taħt il‑mejda u għattewna b’gozz ħwejjeġ. Bqajt bilqiegħda hemm għal ħin twil. Konna mwerwra li se jkeċċuna. Allura ppruvajna ma nitniffsux meta waslu l‑viżitaturi (l‑ispetturi)”. Rakkont tal‑biża’ miġbur minn din l‑NGO li tfittex tiddefendi d‑drittijiet umani. 5. FTIT IRTOKK QUDDIEM IL‑MERA Il‑kożmetiċi, l‑eye shadow, il‑blush u r‑rouge ileqqu minħabba fil‑mika, mineral li jagħtihom din il‑kwalità. Il‑problema hi li, skont l‑organizzazzjoni Made in a Free World, il‑parti l‑kbira ta’ dan 33 Ottubru-Diċembru 2023 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3