Hajja Salesjana
2. IL‑KAFÈ Kikkra kafè tajba “tisparak” ’il fuq. L‑Organizzazzjoni I n t e r n a z z j o n a l i t a x ‑ X o g ħ o l twissi li t‑tħaddim prematur ta’ tfal u adolexxenti fil‑pjantaġġuni tal‑kafè tinfluwenza ħażin is‑saħħa fiżika u mentali tagħhom, b’konsegwenzi bħal li wieħed jixjieħ kmieni, inċidenti u mard bħall‑ansjetà u d‑dipressjoni. Ngħidu aħna, fil‑Costa Rica, skont l‑Istudju fuq il‑kundizzjonijiet u l‑ambjent tat‑tħaddim tat‑tfal fil‑biedja, il‑parteċipazzjoni tal‑minuri fil‑ħsad tal‑kafè tinvolvi tal‑inqas il‑50% tal‑popolazzjoni attiva. 3. JEW TIPPREFERI T‑TE? It‑te jfuħ u jirrilassak. Imma x’hemm wara dawn il‑minuti ta’ rilassament? Skont l‑Organizzazzjoni Internazzjonali tax‑Xogħol, madwar 40,000 tifel u tifla jaħdmu fil‑pjantaġġuni tat‑te f’Tooro, fil‑punent tal‑Uganda, u sa 50 miljun fl‑Afrika kollha. Fil‑pjantaġġuni tat‑te tal‑West Bengala, ’il fuq minn 2,000 familji minn trubujiet u kasti baxxi jaħdmu, huma u wliedhom, għal ftit rupees Indjani kuljum. It‑tħaddim tat‑tfal issibu ta’ sikwit fl‑agrikoltura kummerċjali marbuta mas‑swieq dinjija (kawkaw, kafè, gomma, qoton, sisal, te u prodotti oħra bażiċi). Hemm 264 miljun raġuni, daqskemm hemm tfal li messhom qed jilagħbu u jmorru l‑iskola, imma ma jistgħux, biex nistaqsu mnejn ġej dak li nużaw ta’ kuljum. Skont l‑Organizzazzjoni Internazzjonali tax‑Xogħol, tfal taħt l‑età li qed jispiċċaw jaħdmu hemm iżjed minn 250 miljun, daqs nofs il‑popolazzjoni tal‑UE. 85 miljun jaħdmu fl‑agħar kundizzjonijiet: sitwazzjonijiet ta’ skjavitù, abbużi sesswali, reklutaġġ għall‑ġlied bl‑armamenti, traffikar tat‑tfal u xogħol perikuluż. U 168 miljun jitħaddmu f’xogħlijiet oħra li jinterferixxu mal‑iskola, “b’sigħat twal ta’ xogħol, mhux imħallas jew imħallas ħażin, mifrudin mill‑familji tagħhom u b’episodji ta’ vjolenza u abbużi”, skont l‑istess organizzazzjoni. Fost ir‑raġunijiet hemm anki oġġetti li innoċentement nużaw ta’ kuljum. Imma innoċenti mhumiex! 1. IL‑MOWBAJL Ta’ kuljum, fis‑sebgħa ta’ filgħodu eżatt idoqq l‑iżveljarin tal‑mowbajl tiegħek. Il‑batterija tal‑mowbajl, it‑tablet jew il‑laptop tiegħek huma magħmula mill‑kobalt. Il‑parti l‑kbira tal‑metall ta’ dan il‑mineral utilizzat fid‑dinja, skont Amnesty International, ġej mir‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo. L‑estrazzjoni tiegħu tiddependi minn 40,000 tifel u tifla ta’ bejn is‑7 u l‑15‑il sena. B’xiftijiet ta’ 24 siegħa. SEBA’ AFFARIJIET LI LKOLL NUŻAW U LI AKTARX ĠEJJIN MIT-TĦADDIM TAT-TFAL minn Carmen Laval Artiklu ġentilment miġjub għall-Malti minn Francesco Pio Attard 32 Ottubru-Diċembru 2023 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3