Hajja Salesjana

17 5. 6. 4. 2. Kif sirt taf lil Dun Bosco? L-ewwel li ltqajt mas-Salesjani kien meta mort f’Savio College u hemm sirt naf lil Dun Bosco. Hemmhekk kien hemm spirtu sabiħ ħafna. Dak iż-żmien l-iskola kienet vera żgħira bi klassi waħda f’ kull form. Is-Salesjani rawwmu fina l-imħabba għal Dun Bosco u l-imħabba kbira għal Marija Għajnuna tal-Insara. Dawn il-festi, flimkien mal-festa ta’ San Duminku Savio kienu jiġu ċċelebrati bil-kbir. Min hu Dun Bosco għalik u x’ jolqtok l‑aktar fih? Għalija Dun Bosco hu missier ta’ sbuħija nterjuri kbira li għaraf il-valur imprezzabbli tal-preżenza fil-ħajja tat- tfal u ż-żgħażagħ li huma għatxana biex ikollhom adulti li jistgħu jimxu magħhom, jakkumpanjawhom u jiggwidawhom tul il-vjaġġ tal-ħajja. Kif inti parti mill‑familja Salesjana? Jiena Salesjan saċerdot li kif diġa semmejt, għal dawn l-aħħar erba’ snin minn meta sirna Viċi-Provincja Salesjana fl-2018, għandi l-kariga ta’ Superjur lokali hawn f’ Malta. Din il-kariga talabni nġorrha r-Rettur Maġġur. 3. Psikoterapista. F’ Awwissu ta’ dik is-sena l-Provincjal staqsini biex inkun Delegat tal- Provincjal ukoll. Wara 9 snin Rettur ta’ San Alfonsu mxejt f’Dar Mamma Margherita fejn bħalissa għandna seba’ residenti joqgħodu fid-dar. Meta sirna Viċi-Provincja fil-2018 ir- Rettur Maġġur talabni biex inkun Superjur. F’dawn l-aħħar erba’ snin kont qiegħed naħdem ukoll fuq id-dottorat tiegħi fil- Psikoterapija. Filfatt dan l-aħħar tajt it-teżi tiegħi bl-isem ‘Exploring Presence at the Heart of Gestalt and Salesian Encounter.’ Hemm xi frażi jew sentenza minn Dun Bosco li tispirak f’ ħajtek? Għalija s-sbuħija ta’ Dun Bosco narawha fit-testment li ħallielna fl-Ittra ta’ Ruma (1884). Hemm naraw li Dun Bosco kwazi fit- tmiem ta’ ħajtu nkwetat għax aħna s-Salesjani konna qegħdin ninsew xi tfisser tkun preżenti maż-żgħażagħ u x’importanza kbira tagħmel fis-sistema edukattiva tagħna din il-preżenza. Wara 136 sena fil-Kapitlu Generali li kellna sentejn ilu f’Turin, 18-il żagħżugħ u żagħżugħa mid-dinja kollha qalulna “Aħna minnkom is- Salesjani nixtiequ biss li intom timxu magħna u tkunu preżenti fil-ħajja tagħna. Aħna għandna bżonnkom biex tiggwidawna”. Mesaġġ qawwi li dewha mas-sala kollha fejn 230 Salesjan mid-dinja kollha konna miġbura. X’ messaġġ trid tgħaddi lill‑qarrejja ta’ Ħajja Salesjana? Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi huwa sabiex il-qarrejja jitolbu għall-aktar vokazzjonijiet Salesjani u anke jitolbu għalina biex dejjem nibqgħu fidili għall- konsagrazzjoni tagħna bħala Salesjani ta’ Don Bosco. Jannar - Marzu 2023 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3