Hajja Salesjana

Mill-album tal-Familja Salesjana Introduzzjoni tiegħek innifsek, il-familja u l-istudji tiegħek. Twelidt fil-31 t’Ottubru 1960 il-Belt, Valletta. Fil-familja konna żewġt aħwa jien u oħti erba’ snin iżgħar minni. Skola primarja kont nattend Tal-Pilar li kienet immexxija mis- sorijiet Franġiskani l-Belt. Sekondarja kont immur Savio College. Wara li spiċċajt minn Savio College niftakar mort inżur Salesjan li kien jaħdem f’St Patrick’s School, Sliema u dan staqsini xi pjanijiet għandi għall-futur. Niftakar li kont għidtlu ma nafx. Hu poġġieli din id-domanda: “U int għaliex ma tidħolx Salesjan?” Niftakar konna fid-dormitorju tat-tfal fejn hu kien jieħu ħsieb 33 tifel dak iż-żmien… u minn hemm nista’ ngħid li bdiet il-mixja vokazzjonali tiegħi. Wara ftit taż-żmien kont kellimt lil Vocation Promoter ta’ dak iż-żmien u dħalt aspirant. Fil-1980 tlajt l-Irlanda għan- novizzjat u f’Settembru ta’ 1981 kelli l-ewwel professjoni ġewwa Warrenstown l-Irlanda. 1. Fr. Paul Formosa sdb Wara l-Filosofija ġejt lura Malta għall- practical training li għamiltu f’ St Patrick’s Residential School u fl-1985 tlajt lura l-Irlanda biex inkompli l-istudji tiegħi tat-Teoloġija f’St Patrick’s College Maynooth u f’ All Hallows College, Dublin. Ġejt ordnat saċerdot fil- konkatidral ta’ San Gwann, il-Belt fl-1989. Wara l-ordinazzjoni għamilt sena St. Patrick’s fejn kont Katekista u fejn kont ngħallem ukoll. Fil-1990 is-Superjuri ddeċiedew li terġa’ titwaqqaf l-komunita ta’ San Alfonsu li ħafna llum jafuha bħala l-komunita’ tal-Oratorju f’Tas-Sliema. Staqsewni wkoll biex immexxi l-Youth Centre hemm u nkun l-ekonomu tal-komunita. Matul l-ħames snin li qattajt l-Oratorju komplejt nistudja u fil-1995 gradwajt b’Masters fil-Pastoral Leadership minn All Hallows College, Dublin. Fil-1995 tlajt Savio College u hemm flimkien ma’ Bryan Magro, Louis Debono, Loredana Magro u Sylvana Debono bdejna l-iSPYS. Savio College domt mill-1995-2007. F’dawn is-snin kont ekonomu ta’ Savio College u Rettur kif ukoll ekonomu tad-Delegazzjoni Salesjana Maltija. Fil-2007 inżilt bħala Rettur ta’ San Alfonsu f’ Tas-Sliema u fl-2008 gradwajt bhala 16 Jannar-Marzu 2023 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3