Hajja Salesjana
Sejħa minn Alla segwita minn għażla libera li twassal għall-ħajja ġdida. Ħajja ġdida li, issiġillati bl-imħabba ta’ Alla għas-servizz ta’ dawk kollha li niltaqgħu magħhom, inkomplu nistinkaw sabiex ngħixu l-kariżma ta’ Don Bosco mal-ifqar fost il-fqar. Konxji li dan possibli biss jekk inżommu relazzjoni sħiħa ma’ Dak li sejħilna u li għaliH aċċettajtna li nkunu ta’ servizz. Din l-unita’ sħiħa ġiet espressa f’wieħed mill-isbaħ mumenti taċ-ċelebrazzjoni – il- litanija. Fiha tiġi flimkien il-Knisja kollha, dik tas-sema kif ukoll dik ta’ fuq l-art, sabiex verament inwettqu dak li nkunu qegħdin inwiegħdu. Hekk kif inħarsu 'l quddiem lejn il-ġejjieni, nirrikonoxxu li l-professjoni perpetwa ma timmarkax it-tmiem tal-mixja tagħna bħala Salesjani. Lanqas mhi stedina biex nieqfu nikbru jew infittxu r-rieda ta' Alla f'ħajjitna. Anzi, il-wegħda li għamilna tfakkarna kuljum li l-"pjan moħbi" ta' Alla huwa avventura li titlobna niġġeddu kuljum, li nfittxuh anke fl-inqas postijiet li nistennewh u li nżommu qalbna miftuħa u ħielsa għal dak kollu li jista' jitlobna. B'hekk il-jum tal-professjoni perpetwa jibqa' mnaqqax f'qalbna mhux biss bħala jum ta' ringrazzjament u ferħ tal- grazzji li Alla tana, iżda wkoll bħala sors ta' tama li jekk, bħal Marija, ikun minna skont kelmtu, m'għandniex minn xiex nibżgħu. 15 Jannar - Marzu 2023 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3