Hajja Salesjana
Br Johan Bugeja SDB & Br Clint Rizzo SDB “Ħa jsir minni skont kelmtek!” Dawn il- kliem akkumpanjawna fil-preparazzjoni li wasslitna biex nhar it-2 ta’ Settembru jimmarka pass importanti fil-mixja tagħna bħala Salesjani. Quddiem it-tħabbira tal-anġlu, Marija, bil-liberta’ kollha tieħu l-għażla iebsa li taċċetta li tħalli lil Alla jwettaq il-pjanijiet tiegħu permezz tagħha minkejja d-dubbji u l-inċertezzi. Deċċiżjoni li tibdel il-ħajja ta’ Marija mill-lejl għan- nhar. Għalkemm il-Professjoni Perpetwa, il- wegħda li nagħtu ħajjitna kollha lil Alla, ma tiġix bħal sajjetta fil-bnazzi, anzi pjuttost hija Għal Dejjem ma’ Dun Bosco il-quċċata ta’ mixja sabiħa li ilna fiha dawn l-aħħar snin, xorta waħda titlob il-kuraġġ ta’ abbandun f’idejn f’Alla. Mixja mżejna b’ħafna persuni għeżież, esperjenzi sbieħ, kif ukoll dawk li bla ma rridu jisfidawna. Fil-mument fejn Fr. Paul Formosa, bħala l-Provinċjal tal-Viċi-Provinċja ta’ Malta ikkonsagrana bħala professi perpetwi ġodda, talab hekk: Ħares issa, nitolbuk, lil dawn uliedek, li skont pjan moħbi ta’ għażla minnek, int sejjaħt u llum qed tikkonsagra għalik għal ħajja ġdida. 14 Jannar-Marzu 2023 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3