Hajja Salesjana
Ix-xbieha li juża Ġesù fl-Evanġelju llum nistgħu nifhmuha mal-ewwel, anke jekk illum is-sistema tagħna tad-dawl hi differenti minn żmien Ġesù. Fi żmien Ġesù kienu jużaw il- lampa jew il-musbieħ, u hawn Ġesù jsemmi li ħadd ma jkollu musbieħ mixgħul u jqiegħdu f’post fejn ikun mgħotti, imma jqiegħdu fejn jidher ħalli jdawwal id-dar kollha. Dal-kliem ta’ Ġesù, meta jsemmi d-dawl, ifakkarna f’dak li jgħid Ġesù fuqu nnifsu, speċjalment fl-Evanġelju skont San Ġwann. Jgħid hekk: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12). Ġesù qed jgħid li min jimxi warajh ikollu d-dawl, u Ġesù ġie biex idawwal l-umanità ħalli ma tibqax fid-dlam. Imma f’mument ieħor Ġesù lid-dixxipli tiegħu jgħidilhom – insibu dan fl-Evanġelju skont San Mattew – “Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:14). U jispjega, b’mod li jixbah ħafna dak li smajna llum fl-Evanġelju, li ħadd ma jqiegħed il-musbieħ taħt is-siegħ, imms fuq l-imnara biex idawwal id-dar kollha. U mbagħad ifisser x’irid jgħid, u din hi wkoll it-tifsira għall-kelma li qed jgħid illum: “Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mt 5:16). Mill-Isqof AwΩiljarju ta' Malta Mons. Joseph Galea Curmi Inhallu d-dawl jiddi! Din kienet omelija li qasam l-isqof awżiljarju ta’ Malta Mons. Joseph Galea-Curmi nhar id-19 ta’ Settembru 2022 fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. Għalkemm il-messaġġ kien mislut minn Vanġelu li nqara fil-jum imsemmi, il-messaġġ jibqa’ dejjem validu speċjalment fiż-żminijiet mudlama li qed ngħixu fejn id-Dawl ta’ Kristu spiss qed jiġi imwarrab, moħbi jew mxekkel. - Photo by Vladimir Fedotov on Unsplash.com 10 Jannar-Marzu 2023 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3