Hajja Salesjana
17 hajja 3. 5. 6. 4. 2. Kif sirt taf lil Dun Bosco? Sirt naf lil Dun Bosco u miegħu lil Marija Għajnuna tal‑Insara mill‑Oratorju Salesjan Għawdxi fir‑Rabat. Kien ikollna ħafna tagħlim, film strips u stejjer fuq Dun Bosco. Il‑preżenza tas‑Salesjani fostna minn dejjem kienet tolqotni u tiġbidni. Meta mort l‑Awstralja bqajt ngħid it‑talb kollu li tgħallimt fl‑Oratorju. Miegħi ħadt tlett statwi li tani Fr. Vincent DeBono li kienu ir‑rettur tal‑post. L‑istatwi kienu ta’ Marija Għajnuna tal‑Insara, ta’ Dun Bosco u ta’ San Domenico Savio. Tani wkoll il‑ktieb tat‑talb ta’ Dun Bosco, ‘Companion of Youth’. Dawn kont ngħożżhom immens u nemmen li sawru fiha ħeġġa għal Dun Bosco u l‑istil tal‑ħajja Salesjana sakemm fittixt lis‑Salesjani f’ Melbourne! Kont ukoll inħobb naqra l‑Vanġelu bil‑Malti u laqtitni frażi fejn uħud jagħżlu li ma jiżżewġux għas‑Saltna ta’ Alla. B’ hekk tħajjart naħdem mat‑tfal u ż‑żgħażagħ bħal Dun Bosco u għalhekk fittixt lis‑Salesjani. Kif inti parti mill‑familja Salesjana? Kif diġa semmejt, jien ġejt ordnat saċerdot Salesjan fl‑1975 u minn dak in‑nhar sal‑lum, dejjem ħdimt qalb it‑tfal u ż‑żgħażagħ b’ dan il‑mod. Bdejt nistudja u ngħallem bħala brother Salesjan minn 1971 sal‑1975 f’ Savio College. Bqajt sena oħra ngħallem bħala qassis Salesjan f’ Savio College u fl‑1976 inżilt naħdem fl‑Oratorju Tas‑Sliema u kont nieħu ħsieb l‑Oratorju taż‑żgħar u s‑Salesian Boys’ Hemm xi frażi jew sentenza minn Dun Bosco li tispirak f’ ħajtek? Jolqotni ħafna f’ Dun Bosco, kull ma qalilna matul ħajtu sabiex nitħeġġu fid‑devozzjoni tagħna lejn Ġesù Sagramentat, il‑Madonna u rispett lejn il‑Papa’. Min hu Dun Bosco għalik u x’ jolqtok l‑aktar fih? Għalija Dun Bosco hu veru missier, bniedem ta’ doni kbar mgħejjun minn Alla. Hu uża kollox għat‑tfal u ż‑żgħażagħ sal‑aħħar nifs ta’ ħajtu. Għalhekk dejjem għex il‑motto tiegħu, ‘Agħtini l‑erwieħ u ħudli l‑bqija.’ X’ messaġġ trid tgħaddi lill‑qarrejja ta’ Ħajja Salesjana? Nixtieq intenni mill‑ġdid il‑messaġġ tal‑Vanġelu billi nkunu kollha ta' servizz għal kull min hu fil‑bżonn biex hekk b’ ħajjitna nagħtu ġieħ lil Alla mistur wara kull proxxmu. Brigades. Bqajt hemm sal‑1982. Fl‑1982 tlajt bħala Burżar fil‑komunita’ ta’ Savio College sal‑1986. Erġajt inżilt Tas‑Sliema u kont ngħin fl‑Oratorju ta’ Ħal‑Luqa ma’ Fr. Joe Borg. Fl‑1990 tlajt nagħmel kors f’ Marianella fl‑Irlanda. Imbagħad intlabt ngħin ma’ Fr. Fabio Attard u wara ma' Fr. Alfred Sacco f’ Osanna Pia bejn l‑1992 sal‑1994. Imbagħad wara tlajt Tuneż għall‑erba’ snin. Mill‑1998 ġejt Savio College u minn dak in‑nhar sal‑lum għadni f’ din il‑komunita’ fejn għent fl‑Oratorju, naħdem fl‑iskola u ngħin fil‑parroċċa. Ottubru - Diċembru 2022 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3