Hajja Salesjana

Mill-album tal-Familja Salesjana Introduzzjoni tiegħek innifsek, il-famjilja u l-istudji tiegħek. Jiena twelidt fil‑15 ta’ Lulju 1943 fir‑Rabat, Għawdex. Fil‑familja konna ħdax‑il aħwa ħajjin. Ovvjament magħna kellna lil ommi u lil missieri. Min-naħa ta’ missieri konna magħrufin bħal Tal‑Fuħħar u min-naħa ta’ ommi konna magħrufin bħala Tal‑Ġinġer għax kienu jagħmlu l‑flixken tal‑ilma bil‑ġinġer. Wara ħadna l‑laqam ta’ missieri magħruf bħala Tas‑Sakku. Kont immur l‑Oratorju fil-bidu tiegħu ir‑Rabat Għawdex fl‑1947 u bqajt immur sakemm ġejt biex nemigra lejn l‑Awstralja fl‑1964 ta' għoxrin sena. Tgħallimt ħafna u ngħożż ħafna dak iż‑żmien. Għalija kien qisu l‑Ġenna tal‑art. Kont nilgħab ħafna l‑futbol mal‑Oratory Youngsters u miegħi fit‑team kien hemm ħabib tal‑qalb, li mbagħad sar Salesjan ukoll, Br. Leli Gatt. Tlajt l‑Awstralja għax kont kwalifikat bil‑GCEs sabiex imbagħad naħdem bħala għalliem. Malli wasalt hemm bdejt naħdem. Tlaqt fid‑9 ta’ Marzu, dak iż‑żmien festa ta’ San Domenico Savio u sena wara bdejt infittex lis‑Salesjani fl‑Awstralja u dħalt bħala aspirant fl‑iskola ta’ Chadston 1. Fr. Carmelo Sacco sdb f’ Melbourne. Ta’ min ngħid li meta tlaqt minn Għawdex ma kelli l‑ebda ħjiel ta’ vokazzjoni reliġjuża. Din ġiet u ntbaħt biha meta kont Melbourne u ltqajt mas‑Salesjani hemmhekk, kif semmejt. F’ Jannar 1966 bdejt in‑novizzjat f’ Melbourne u minn hemm ma ħaristx lura. Fil‑31 ta’ Jannar 1967 għamilt l‑ewwel professjoni tiegħi bħala Salesjan ta’ Dun Bosco. Għamilt il‑Filosofija u Teacher’s Training Course għand is‑Salesjani fl‑Auxilium College, Melbourne. Għamilt il‑practical training f’ Boys’ Town f’ Sydney u mbagħad ġejt lura Malta fl‑1971 biex nibda l‑istudju tat‑Teoloġija mal‑INSERM. Dakinhar ġejt f’ Savio College u għalkemm kont għadni qed nistudja, kont ukoll ngħallem lill‑ewwel studenti ta’ dan il‑kulleġġ u ngħin fl‑Oratorju li kien jiltaqa' f' Savio College. Ġejt ordnat qassis f’ Ruma minn San Pawlu VI fl‑1975. Miegħi ġie ordnat ukoll Fr. Francis Żammit flimkien ma' 363 oħra. 16 Ottubru - Diċembru 2022 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3