Hajja Salesjana

BIEX TRABBU WLIED WAĦIDHOM LI JKUNU FERĦANA... Toqogħdux iżżejjed għassa fuqhom Il-ġenituri ta’ wlied waħidhom jistgħu jinħakmu mis-sindromu ta’ “riskju uniku”. Tant isiru prudenti b’mod ossessiv u protettivi iżjed milli suppost u jibżgħu jħallu t-tfal jgħaddu minn perikli jew iġarrbu l-konsegwenzi ta’ dak li jagħmlu. Dawn xi suġġerimenti biex nevitaw nasbiet simili. • Ħallu lil binkom jesplora u jagħmel esperjenzi, anki mhux fil-preżenza tagħkom. • Ftakru li l-ġenituri kollha (anki dawk b’iżjed ulied) ikunu anzjużi l-ewwel darba li binhom ħa jaqbad il-karozza tal-linja jew sejjer waħdu sal-ħanut fit-tarf tat- triq. • Meta tkunu żguri li binkom jaf ipoġġi fil- prattika n-normi kollha ta’ prudenza li għallimtuh, fittxu li ma turuhx bl-ansjetà u l-biżgħat tagħkom. Ix-xewqa tagħkom hi li binkom iħossu fiż-żgur u kapaċi, imma dan mhux ħa jiġri jekk toqogħdu dejjem imwaħħlin miegħu. Kunu favur ir-relazzjonijiet, numerużi u differenti Huwa veru li l-ġenituri ta’ wlied waħidhom iridu jagħmlu sforz ikbar biex jiffavorixxu l-kuntatti barra mill-ħitan tal-familja. • Żommu kemm jista’ jkun kuntatti mal- qraba tagħkom. Uru lil uliedkom li n-nanniet, iz-zijiet u l-kuġini huma parti mill-familja anki jekk ma jgħixux qrib. Kien hemm omm li kienet iżżomm ħajja l-kuntatti u ż-żjajjar reċiproċi bejn il- qraba, u ferħet ħafna meta binha ta’ tmien snin beda jikteb lill-kuġin li kien joqgħod in-naħa l-oħra tal-pajjiż. Iż- żewġt itfal żviluppaw relazzjoni fraterna li kibret mas-snin mingħajr ir-rivalità tipika ta’ ħafna relazzjonijiet bejn l-aħwa. • Involvu lil binkom f’attivitajiet ta’ grupp sa mill-ewwel snin ta’ ħajtu. Li titgħallem tissoċjalizza ma’ sħabek tal-istess età hu fundamentali għat-tfal. • Ilqgħu b’ imħabba fid-dar tagħkom lill- ħbieb u sħab tal-iskola ta’ binkom. Photo by Vitolda Klein - www.unsplash.com 22 Jannar-Marzu 2022 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3