Hajja Salesjana
kollu tfixkil iebes għall-maturazzjoni armonjuża u serena tal-persuna umana. • U mill-ġdid. It-tifel waħdu jista’ jiġi mgħobbi, min-naħa tal-ġenituri, b’aspettattivi ogħla minn kemm jiflaħ hu. U hekk it-tifel waħdu faċilment isir vittma ta’ dak li jissejjaħ is- ‘sindromu tal-4-2- 1’ : 4 nanniet, 2 ġenituri, kulħadd jistenna t-trijonfi tal-uniku tifel fil-familja. Tifel li mhux dejjem jista’ jissodisfa tant aspettattivi. Minn hawn imbagħad sens ta’ ħtija, taqa’ l-istima li għandu tiegħu nnifsu, u dipressjoni. • Mingħajr aħwa, hemm il-periklu li l-ġenituri lit-tifel jipproteġuh iżżejjed. Mill- ġdid Luigi Pati josserva: “It-tentazzjoni li tieħdu l-ħin kollu għand it-tabib tat-tfal jew li ma titbegħidx mument wieħed minnu għax tibża’ li ħa tiġrilu xi ħaġa, tkun qawwija, qawwija ħafna. Li trid tagħmlu dejjem ferħan, fir-realtà tispiċċa ddejqu”. • Fl-aħħar nett, it-tifel waħdu jista’ jħoss b’mod ħafna ikbar it-tensjonijiet ta’ koppja: sajjem minn aħwa li magħhom jista’ jiddiskuti u jifhem x’qed jiġrilu, it-tifel waħdu jista’ jbati bil-kbir għax jingħalaq kollu fih innifsu, sakemm il- ħajja ssir insopportabbli! Insomma, tifel wieħed jew iżjed? Barra l-aspett ekonomiku li mhux ta’ min jarmih, il-problema mill-perspettiva psikoloġika u pedagoġika hi serja ħafna. Fl-aħħar nett, importanti nifirħu bil- lati pożittivi ta’ min għandu tifel waħdu, flok nibqgħu mwaħħla fuq dawk negattivi. Bosta studji wrew li anki l-ulied waħidhom jistgħu jkunu bilanċjati, ferħana, kreattivi, jafu jħobbu u brillanti bħat-tfal li għandhom ħuthom, u xi kultant iżjed ukoll. Photo by Klara Kulikova - www.unsplash.com 21 Jannar-Marzu 2022 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3