Hajja Salesjana
NIRRAĠUNAW Il- woodpecker , għasfur li jixxabbat mas- siġar u jtektek b’munqaru, isalva ġildu għax iħaddem rasu. Dan jgħodd għall- bniedem ukoll. It-tiri fil-ħajja nagħmluhom billi nħaddmu moħħna. Nirraġunaw! Ħaġa perikuluża ħafna li nħallu l-boloh jirbħu huma! Jekk tkunu ħa tibdew tħossukom ħatja għax tissuspettaw li binkom qed iħossu waħdu mingħajr ħutu, ftakru li kważi t-tfal kollha li għandhom ħuthom xi drabi jixtiequ li kienu waħidhom. Din tagħna llum il-ġurnata saret soċjetà ta’ tfal waħidhom. Fl-Italja huma t-28%. Imma li tkun tifel waħdek hi xorti tajba jew periklu? Opportunità jew gwaj? Biex noffru ftit materjal għad- diskussjoni, ħa naraw minnufih x’inhuma l-punti favur u dawk kontra ħajja mingħajr l-esperjenza tal- ‘fratria’ : mingħajr aħwa. Skont xi wħud, l-ulied waħidhom huma iżjed xortihom tajba mit-tfal li għandhom ħuthom. • Il-fatt li tkun waħdek ifisser li ma tkunx taf x’inhi għira, almenu d-dar. • It-tifel waħdu jkun inqas aggressiv, għax ma jkollux l-okkażjoni li jillatika ma’ oħtu li dejjem iddejqu. • Ikun ambizzjuż biex jista’ jpatti lill-ġenituri għal tant li jagħmlu miegħu. • Jista’ jiżviluppa aħjar l-intelliġenza tiegħu, għax ikollu l-possibbiltà li jistudja fil-kwiet fil-kamra tiegħu mingħajr ma jtellfuh l-istorbju u l-għajat ta’ ħutu iżgħar minnu. Skont oħra, l-ulied waħidhom ikunu żvantaġġati. • Mingħajr ħutu, it-tifel jirriskja li ma jitgħallem qatt kif jikkollabora mal- oħrajn. Dan, ngħidu aħna, jisħaq fuqu l-pedagoġista Luigi Pati: “Diffiċli għal tifel li jsir ċittadin tajjeb jekk fil-familja mhux imdorri ġeneruż ma’ ħutu, jekk ma tgħallimx jaqsam, ikun tolleranti”. • It-tifel waħdu jista’ jsir egoċentriku, kiesaħ, narċisista, ħsiebu biss fih innifsu: Tifel wa˙du: gwaj jew xorti tajba? Miktub minn Pino Pellegrino Artiklu ġentilment meqlub għall-Malti minn Francesco Pio Attard Photo by NeONBRAND - www.unsplash.com 20 Jannar-Marzu 2022 hajja
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3