Hajja Salesjana

17 Jannar-Marzu 2022 hajja X’messaġġ tixtieq tgħaddi lil qarrejja ta’ Ħajja Salesjana. Ftit żmien ilu ċċelebrajna mill-ġdid il-miġja ta’ Ġesù Bambin fostna, b’ hekk ma nistax ma niftakarx fi frażi ta’ Dun Bosco li hija, “Trid li sħabek jirrispettawk? Dejjem aħseb sew fuq kulħadd, u kun lest li tgħin lill-oħrajn. Agħmel dan u tkun ferħan.” Kif ukoll ngħaqqad dan kollu ma’ dak li Papa Franġisku waqt udjenza ġenerali f’ Novembru qal: "... Ma nistgħu qatt negħjew nagħmlu t-tajjeb. Tegħjew qatt tagħmlu t-tajjeb. Irid ikollna fiduċja li l-Ispirtu dejjem jiġi jgħinna fid-dgħjufija tagħna u jagħtina l-għajnuna li neħtieġu. Mela, nitgħallmu nsejħu iżjed ta’ spiss lill- Ispirtu s-Santu!" Awguri għal din is- sena l-ġdida li għadna kemm bdejna u nżommu lil xulxin fit-talb. Min hu Dun Bosco għalik u x’Jolqtok l-aktar fih? Huwa wieħed mill-aktar persuni prattiċi u avant garde li sirt naf u għadni qed niskopri. Fis-sempliċità tiegħu jirnexxielu jiġbor il-bżonnijiet ta’ dak li jkun, permezz ta’ ħajja meqjusa fit-talb u fix-xogħol. Dun Bosco għalija huwa missier li tani l-opportunità li niskopri aktar jien min jien, kif ukoll huwa dak il-missier li tani stedina biex nimxi wara Ġesù. Hemm xi frażi jew sentenza min Dun Bosco li tispirak f’ħajtek? A+B-C . Dik hija l-frażi! Dun Bosco kien jgħid liż-żgħażagħ li għandhom bżonn riċetta maġika biex jgħixu sew, dik li hija A (Allegro – li nkun ferħan/a) + (plus) B (Buono – li nkun tajjeb/tajba) – (minus) C (Cattivo – kattiv/a). Din il- frażi hi l-motto u l-filosofija kollha ta’ ħajti. Kif tagħmel parti mill-Familja Salesjana? Din hija r-raba’ sena tiegħi bħala Salesjan ta’ Dun Bosco. Fejn bħalissa qiegħed fil-fażi li nsejħulha practical training fejn nagħti sehmi b’mod sħiħ fil-ħidma pastorali. Dan qed nagħmlu bħala għalliem f’Savio College u anke billi nagħti sehmi fil-ħidma għall-vokazzjonijiet mal-grupp tas-Savio Salesian Youth, f'Savio College wkoll ngħin fil-Live-ins u fil-ħafna attivitajiet oħra li jittellgħu regolarment għall- istudenti tagħna u għal bosta żgħażagħ oħra hawn f’ Ħad-Dingli. 3. 4. 5. 6.

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3