Hajja Salesjana

Introduzzjoni qasira tiegħek u anke xi ħaġa dwar il-familja tiegħek u l-istudji tiegħek. Jien Matthew Alfino, għandi 34 sena. Bħalissa qiegħed noqgħod ġewwa Savio College li hija d-dar formattiva tagħna s-Salesjani. Ma għandix aħwa, tifel uniku, u ommi jisimha Stella u missieri Emmanuel. Kont noqgħod il-Gżira imma mrobbi tas-Sliema, fejn il-maġġoranza tal-familja tiegħi toqgħod. Din is-sena għadni kemm spiċċajt baċellerat fejn fih studjajt il-Filosofija u l-Istudji Teatrali. It- teżi tiegħi kienet fuq il-bidu tal-kunċett tat-teatru Salesjan kif ukoll il-bini fiżiku li għandna ġewwa tas-Sliema. Kif sirt taf lil Dun Bosco? Kien permezz tas-Superjur tal-Mużew li sirt naf bis-Salesjani. Kull darba li kien ikun hemm xi festa ta’ xi qaddis Salesjan fosthom Dun Bosco, kif ukoll il-festa ta’ Domenico Savio, is-Superjur kien jurina l-istejjer tagħhom permezz tal-filmini (slides). Imbagħad darba minnhom kien qalilna li s-Salesjani qegħdin viċin tagħna. Peress li jien kont immur il-mużew tal-Balluta, indunajt li ma kienx hemm bogħod u wrejt ix- xewqa biex nibda mmur. Inzerta li kien hemm żewġt aħwa l-mużew stess u qaluli li kienu jmorru s-Salesjani. Minn dak inhar l'hemm bqajt immur. Mill-album tal-Familja Salesjana 1 . 2. 16 Jannar-Marzu 2022 hajja

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3