Hajja Salesjana April-June 2021
H AJJA S ALESJANA 16 Qed ng˙ixu fi Ωmien ta’ ˙afna rabja. Ir-rabja tiddomina l-midja soçjali, narawha fuq l-iskrins, fil-pjazez, fit-triq. Nistg˙u nag˙mlu xi ˙a©a biex ner©g˙u nsibu dik il-˙lewwa li ©©orr fiha b’mod naturali l-umanità tag˙na? Erba’ virtujiet biex ma nirrabjawx Ix-xrara li tqabbad ir-rabja tag˙na hi ’l barra minna, imma l-materjal li jie˙u n-nar qieg˙ed ©o fina. In-nirien tal-korla spiss jaqbdu bla mistenni u s-soltu jipprovokaw katina ta’ nkwiet kbir, ©lied u ©rie˙i li ma jitfejqux malajr. TeΩisti wkoll rabja “tajba” li sse˙˙ meta wie˙ed i˙ossu mqanqal biex jibdel l-affarijiet li mhumiex sejrin sew. Hawn se nirriflettu biss fuq ir-rabja aggressiva, bla sens, dik li biha nwe©©g˙u lill-o˙rajn u lilna nfusna. Biex ma niΩbruffawx, g˙andna bΩonn inxettlu fina erba’ virtujiet, ji©ifieri modi kif soltu na©ixxu, li jg˙inuna nikkontrollaw lilna nfusna: temperanza, paçenzja, tolleranza u manswetudi. Ir-rabja hi dik li “tqajjem lit-tigra”, dak l-annimal selva©© u mdemmi li qieg˙ed xi mkien ©o fina. Il-bniedem irrabjat jidher inkontrollabbli u mhu kapaçi jirrispetta ebda regola jew jiffissa ebda limitu. L-affarijiet ma jibqg˙ux çari g˙alih, ji©ifieri dik il-kapaçità li jara u jifhem x’se ji©ri. Jekk titwal fiΩ-Ωmien, ir-rabja tista’ tinbidel f’mibeg˙da. Issibha ta˙dem fir-relazzjonijiet umani qisha splussiv. L-uΩu tag˙ha, imqar f’doΩi Ωg˙ar, jipprovoka dejjem spluΩjoni li l-effetti tag˙ha diffiçli tikkontrollahom, fuq kollox g˙ax, b˙all-emozzjonijiet l-o˙ra, jittie˙du. Jekk tirrabja, i©©ag˙al lill-o˙rajn jirrabjaw ukoll. Imma, kif jistqarr il-Papa Fran©isku, “il-qalb tal-bniedem timmira lejn ˙wejje© g˙oljin, lejn valuri importanti, lejn ˙sibijiet profondi, lejn rabtiet li fit-ti©rib tal-˙ajja jissa˙˙u u mhux jitfarrku. Il-bniedem jaspira li j˙obb u jkun ma˙bub”. Nipproponilkom biex darba fil-©img˙a tit˙arr©u f’kull wa˙da minn dawn il-virtujiet. It-Temperanza L-ewwel virtù li g˙andna bΩonn biex ma nirrabjawx hija virtù li ma t˙allix ix-xkiel jid˙ol fin-nofs u tbeg˙idna mis- “sulfarina”. Hija l-eleganza tar- ru˙: it-temperanza. Fil-Latin, temperantia tfisser “moderazzjoni, qies, sobrjetà” u “kontroll tag˙na nfusna”. Tfisser li nkunu “sidien” tag˙na nfusna. Tfisser li nimponu fuqna nfusna l-aktar deçiΩjoni iebsa: ˙add ma jista’ jirrabjana ming˙ajr il-permess tag˙na. Jekk inkunu meqjusa, inkunu a˙na li na˙kmu fuq ix-xewqa li dejjem ikollna iΩjed, nidhru iΩjed, inkunu iΩjed importanti, billi nqieg˙du limiti g˙alina nfusna, u hekk inkunu qed nevitaw kotra bla tarf ta’ frustrazzjonijiet li jwasslu g˙all-g˙ira u, b’konsegwenza, g˙ar- rabja. Fil-jum li tiddedika biex ixxettel fik it- temperanza, fittex li tkun fer˙an b’dak li g˙andek. minn CARMEN LAVAL Artiklu ©entilment mi©jub g˙all-Malti minn Francesco Pio Attard
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3