Hajja Salesjana - September October 2016

33 Il-beatu Papa Pawlu VI, fl-ençiklika “ Christi Matri ”jirrakkonta li g˙andna nkunu ˙bieb tar- ruΩarju b’dawn il-kelmiet: “ Il-Konçilju Ekumeniku Vatikan II, forsi mhux b’mod espliçitu, iΩda b’indikazzjoni çara, ˙e©©e© ir-rieda tal-ulied kollha tal-Knisja g˙ar-reçita tar-ruΩarju waqt li rrakkomanda biex napprezzaw tassew l-azzjonijiet u l-eΩerçizzi ta’ ˙niena lejha (Marija) kif kienu rrakkomandati mill- Ma©isteru matul iz-Ωminijiet .” Il-Papa Ìwanni Pawlu I, quddiem il-kontestazzjonijiet g˙ar-ruΩarju, ta’ katekista tassew bravu li kien, iwie©eb b’dan il-kliem sod, iΩda sempliçi u mimli ˙ajja: “ Ir-ruΩarju huwa kkontestat minn xi w˙ud. Jg˙idu li hi talba li taqa’ f’ rutina u li l-Ave Marija hi rrepetutha, mg˙a©©la, monotona u ta’ dwejjaq. Jew inkella hija ˙a©a ta’ Ωmien ie˙or. Jg˙idu li llum hemm a˙jar: il-qari tal-Bibbja...Ippermettuli ng˙id xi impressjoni fuq dan b˙ala rag˙aj tal- erwie˙. L-ewwel impressjoni: il-kriΩi tar-ruΩarju ti©i wara g˙ax qabel kollox, illum hemm il- kriΩi ©enerali tat-talb. Il-poplu mo˙˙u fl- interessi materjali; g˙al ru˙u ftit ja˙seb. L-istorbju ˙akem lil ˙ajjitna. Macbeth jista’ jirrepeti: jiena qtilt in-ng˙as, qtilt is-skiet! G˙all-˙ajja intima ta’ talb u g˙ad-djalogu ˙elu mal-Mulej, insibuha tassew diffiçli nsibu mqarr farka ˙in! (....) Personalment meta nitkellem wa˙di ma’ Alla u mal-Madonna, iktar milli n˙ossni adult, nippreferi n˙ossni qisni tifel; il-mitra, il-karlotta, iç-çurkett jisparixxu; nibg˙at g˙all-btala lill-adult u anki lill-isqof, bl-atte©©ament solenni, riflessiv u meqjus tieg˙u biex nintelaq fil- ˙lewwa spontanja li g˙andu tfajjel çkejken quddiem missieru u ommu. Li nkun – imqar g˙al xi nofs sieg˙a – quddiem Alla, dak li tassew jien bil-miΩerja tieg˙i u bit-tajjeb tieg˙i nnifsi, in˙oss li hekk jer©a’ jibda jistejqer fil-qieg˙ ta’qalbi, it-tifel çkejken ta’dari li jrid jid˙ak, jiççajta, i˙obb lill-Mulej u li xi minn daqqiet, i˙oss il-bΩonn li jibki g˙ax i˙oss li ©iet uΩata l-˙niena lejh. Dan kollu jg˙ini biex nitlob. Mill-banda l-o˙ra, ir-ruΩarju, talba sempliçi u façli, tg˙ini biex insir b˙al tifel Ωg˙ir, u ma nist˙ix. Fullstop . ” Il-Papa Ìwanni Pawlu II, filwaqt li jikkonferma d-devozzjoni Marjana speçjali tieg˙u, li twasslu sabiex iΩid mar-ruΩarju l-Misteri tad-Dawl, fl-ençiklika “ Rosarium Virginis Mariae, ” jixprunana sabiex ner©g˙u naqbdu u ng˙idu mill-©did din it- talba fil-˙ajja tag˙na ta’kuljum: “ L-istorja tar-ruΩarju turi kif din it-talba kienet speçjalment uΩatha mid-Dumnikani f’mument diffiçli g˙all-Knisja meta bdiet tinxtered l-ereΩija. Illum qeg˙din quddiem sfidi ©odda. G˙aliex ma ner©g˙ux nie˙du f’idejna l-kuruna tar-ruΩarju bil-fidi ta’ min ©ie qabilna? Ir-ruΩarju g˙adu jΩomm il- qawwa tieg˙u kollha u jibqa’ riΩorsa li mhux ta’ min jittraskuraha fil-mixja pastorali ta’kull evan©elizzatur tajjeb .” Il-Papa Ìwanni Pawlu II i˙e©©i©na sabiex nikkunsidraw ir-ruΩarju b˙ala l-meditazzjoni tal-wiçç ta’Kristu flimkien ma’ u fl-iskola tal- Omm wisq qaddisa tieg˙u, u biex nitolbuh f’dan l-ispirtu u b’devozzjoni. Il-Papa Benedittu XVI jistedinna biex ner©g˙u niskopru l-qawwa u l-attwalità tar-ruΩarju flimkien mal-funzjoni tieg˙u li ©©eg˙elna nirriflettu fuq il-Misteru tal-inkarnazzjoni u

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3